Larinġ tal-bakkaljaw

Larinġ tal-bakkaljaw

Isem Tekniku: Citrus aurantium
Isem bl-ingliż: Seville Oranges

Familja: Citrus
Kumquat, Larinġ, Larinġ tal-bakkaljaw , Lumi, Mandolina, Tronġa

Klassifikat: Ċitru

Informazzjoni: Laringa qarsa, li tikber hafna hawn Malta u tintuza hafna biex jitlaqqam lumi, laring u citru iehor.

Kura

Tnissil: Miz-zerriegha tal-larring tal-bakkaljaw mal-art.

Kundizzjonijiet: Dubbiena l-Bajda taċ-Ċitru (Baxx),Alternaria citri (Baxx),Anoplophora glabripennis (Mhux Maghruf),Cacoecimorpha pronubana (Baxx),Dubbiena tal-Larinġ (Baxx),Ceroplastes floridensis (Mhux Maghruf),Chrysomphalus aonidum (Mhux Maghruf),Dialeurodes citri (Baxx),Helicoverpa armigera (Baxx),Iċerja (Baxx),Paraleyrodes minei (Gholi),Paraleyrodes minei (Gholi),Miskta Sewda tal-Larinġ (Baxx),Phyllocnistis citrella (Baxx),Phyllosticta citricarpa (Baxx),Citrus Flower Moth (Baxx),Pseudocercospora angolensis (Baxx),Pseudocercospora angolensis (Baxx),Rotylenchulus reniformis (Mhux Maghruf),Thrips palmi (Accidentali),Toxoptera citricidus (Baxx),Tylenchulus semipenetrans (Mhux Maghruf),Unaspis citri (Baxx),Xanthomonas citri subsp. citri (Baxx),Xanthomonas citri subsp. citri (Baxx),Zaprionus indianus (Mhux Maghruf),Ġurat Kbir Aħdar (Mhux Maghruf),Miskta Ħamra (Mhux Maghruf),Mistka tal-Olejandru (Mhux Maghruf),Miskta tat-Tin (Mhux Maghruf),Miskta tal-Palm (Mhux Maghruf),Miskta Kaħlanija (Mhux Maghruf),Miskta Mħara (Mhux Maghruf),Parlatorja (Mhux Maghruf),Miskta taċ-Ċawsli (Mhux Maghruf),Bergħud tal-Larinġ (Mhux Maghruf),Busuf (Mhux Maghruf),Susa (Mhux Maghruf)

Riċetti
Marmalade u Konfettura

Ingredjenti
1 kilos laring tal-bakkaljaw
1 lumija
2kg zokkor
2 litri ilma
Ghall-konfettura jkollna bzonn iktar zokkor (400ml) u ilma (200ml). Hawnhekk ser nuzaw il-qxur biss.
Metodu
– Lahlah u imsah il-laring u itfaghom go kazzola kbira milija bl-ilma bizzejjed biex jghatti l-laring. Sahhan gholi sa ma jaghli u hallih itektek mghotti ghal saghtejn jew sakemm jirtab il-laring.
– Sadanittant ilhaq sterilizza l-vazetti.
– Halli il-laring jibred u nehhi mill-ilma.
– Aqsam il-laring min-nofs u poggi l-meraq go kazzola nadifa flimkien mal-ilma. Poggi l-laham tal-laring go borza tat-tisjir (muslin cloth) u orbotha mdendla gol kazzola. Aqbad nofs il-qxur tal-laring u qattaw slices irqaq itfahom fil-borma dirett.
– In-nofs l-iehor tal-qxur inzommuh ghall-konfettura.
– Ghasar il-lumi u zidu fil-borma, u l-qxur tista zzidu ma dik tal-konfettura.
– Zid iz-zokkor fil-borma u erga ghalli it-tahlita sakemm iz-zokkor jinhall.
– Ghalli ghal 5 minuti u hawwad it-tahlita, baxxilu u aqbad il-borza bil-laham tal-laring u tellaw mill-borma. X’hin tibred ghafas il-borza u l-likwidu li johrog zidu fil-borma.
– Hawwad sakemm tista. U kompli ghalli sakemm ikunu ghaddew 5-10 minuti ohra.
– It-tahlita tibqa mahlulha u taghqad xhin tiksag. Allura thallix nar gholi jew fuq in-nar ghal hafna hin ghax inkella z-zokkor jigi karamellizzat.
– Halli jibred ftit u imla go vazetti sterilizzati.
– Ahzen go post mudlam.

– Jekk ser izzid citru iehor mar-ricetta tal-marmalade lahlah il-qxur u ghalli go ghal darbtejn.
– Lesti xiropp tal-ilma u zokkor go kazzola.
– Qatta l-qxur tal-citru f’qisien li tixtieq.
– Zid il-qxur imqatta fil-kazzola bix-xiropp u hallih itektek ghal xi tlett kwarti jew siegha minghajr ma thawwdu.
– Zomm ghajnejk fuq in-nar u ara li jibqa jtektek.
– Lesti post fejn tberred il-konfettura, ghamel ilquh ghat-taqtir (karta forn jew dixx).
– Xhin tara li l-qxur qed isir karamellizzat (qisu trasparenti), ibda tella l-konfettura u hallih joqtor ghal xi erba sieghat.
– Meta jibred zommu go kontenitur li ma tghaddiex l-arja.

Aktar Riċetti – More Recipes

Gonna Maltin Plant Database – e-Volve Internet Services – Last Updated:09/09/2019 23:00
Spread the love