
Bghula Ferghat li johorgu mis-sigra li tkun saret it-tilqima fuqha.
Brokk Bicca fergha zghira li tintuza ghat-tilqim. Normalment ikollha bejn 2 u 4 ghejjun.

Gifun Kanal gol-hamrija li kien jghaddi minn pjanta ghal ohra biex jithaffef is-saqwi tal-pjanti….illum iktar popolari d-drip irrigation.
Ħabel Huwa meda ta’ art.
Ħammiela Roqgha zghira ta’ hamrija fejn tinzera z-zerriegha. Normalment tkun forma ta kaxxa, u l-hamrija tinhadem fina bizzejjed skont iz-zerriegha li ser titpogga. L-hammiela tista tisseqqa bi sprinklers jew inkella billi jittajjar l-ilma bl-idejn biex iz-zerriegha ma timxiex. Importanti li tkun livellata ghal dan il-ghan ukoll. Il-gefun mad-dawra tal-hammiela jservi bhala lqugh. Hawn min jghatti l-hammiela f’certu staguni tas-sena, allura Zergha fil-Kenn.



Kejla Kejla, arja jew volum. Ghaxar kejliet jaghmlu siegh u sittin kejla jaghmlu tomna (ara Tomna)
Konka Hofra mad-dawra ta’ sigra bl-iskop li tintela bl-ilma ghat-tisqija tas-sigra.
Nebbieta Meta l-pjanta tarmi ‘l fuq mill-hamrija. Tbida tifraq il-hamrija u tohrog l-ewwel weraq. Meta tonqox titnehha n-nebbieta
Newba Sistema ta’ zriegh ta’ ucuh tar-raba differenti minn perjodu ghall-iehor b’sistema ta’ rotazzjoni.
Qannica, Qnienec Tilari tal-qasab li fuqhom jitnixxef il-gbejniet. Jintuzaw ukoll bhala wind breakers.
Serra Struttura tal-hgieg jew materjal trasparenti bil-ghan li jigi kkontrollat l-ambjent ta’ gewwa ghat-tkabbir ta’ prodotti agrikoli.
Siegh Siegh, arja jew volum. 6 Sighan jaghmlu tomna (ara tomna)
Tawwed (jew Thawwed) Meta terga tizra fejn ma nibitx.
Tbejjed Meta jintuzaw hofor biex jinzera jew jithawwel wicc tar-raba minflok ma tintuza radda.

Tiddakkar Meta l-fjura tigi fertilizzata, permezz tal-insetti naturali jew inkella manwali. Biex tiddakkar il-pollen (parti maskili) irid jinzel fl-ovarju tal-fjura. Certu pjanti jipproducu fjuri maskili u ohrajn femminili, allura d-dakkar (maskil) jintuza biss biex jipproduci pollen (Qara Bali). Certu sigar ghandhom bzonn fjuri minn sigar ohra bhala Dakkara (E.g. Certu Cirasa)
Tidres Magna tad-dris taghzel iz-zbula tac-cerejali minn maz-zokk u l-weraq. Certu magni jahznu c-cerejali jew jitfawh go karra mal-genb taghhom. Fl-antik il-magna kienet tithalla go post fiss. Il-pjant tista tigi ppakkjata jew tintefa mal-art.

Timborġa Process li normalment isir waqt it-tinqix, il-hamrija titgeddes madwar il-pjanta. Din isahhah il-pjanta.
Tippakkja Meta z-zokk tac-cerejali jingabar minn magna f’forma ta’ kaxxa jew romblu.
Tira Livell baxx ta’ ilma fil-hamrija (umdita’). Certu pjanti ma jissaqqewx sakemm ghad hemm it-tira fil-hamrija. Bit-tira fil-hamrija, l-art tinhadem ahjar minn art xotta.
Tirmonda Zabra tad-dwieli wara li jarmu, tinqatalhom il-friega l-godda li jkunu twal hafna.
Tisreg Meta tahrat bejn ir-raddi bil-prodotti.


Tnaqqi Meta jkollok hammiela u jikbru hafna xitel qrib ta’ xulxin b’tali mod li ma jhallux spazju fejn jikbru, allura certu xitel jitnehha u jhalli l-ohrajn biex jikbru ahjar.
Tomna Kejl li jfisser arja jew volum. Ekwivalenti ghal 6 sighan (ara siegh). Bhala arja ekwivalenti ghal 1124m2 u bhala volum 18.18L. Fl-antik, go tomna art kienet tinzera tomna silla. Illum jiddependi jekk il-wicc ikunx sejjer bhala ghalf jew inkella ghaz-zerriegha. Erbat (4) itmiem tissajjah Wejba filwaqt li Sittax-il tomna tissajjah Modd.
Tonqox Meta tigref wicc il-hamrija biex tati l-arja u tnehhi nebbieta ta’ haxix hazin li jinbet mal-pjanti.
Traqqad Traqqad zokk billi tnizzlu taht il-hamrija minghajr ma jinqata minn mas-sigra “omm”. It-tut u c-cawsli jigi propogat billi titraqqad fergha tas-sigra sakemm din il-fergha trabbi l-gheruq. F’dan l-istadju il-fergha tista tinqatgha minn mal-omm b’imqass taz-zabra u tithawwel x’imkien iehor. Jekk titraqqad go qasrija jew go borza (anke air-layering) allura tista tithawwel b’aktar facilita’
Tuba Bicca hamrija maghqudha li tkun trid titfarrak permezz tal-imghazqa jew mutur tal-hart biex il-hamrija terga tigi fina. Meta l-ghalqa tinqala bis-sikka tkun mimlija b’tub kbir.
Xatba Ghodda li kienet tingarr mill-bhejjem biex ixxattab l-art, allura l-art tigi livellata, gefuni u gandotti jitnehhew u tub jitfarrak.
