Baqiqa
Bhal serra zghira li titpogga thares lejn ix-xemx biex jitpoggew pjanti barra wilwaqt li jistkennu mir-rih u l-mard.

Barmil
Jintuza biex jittella l-ilma mill-bir, spiera jew giebja.

Bastun tal-moħriet Kien jintuza biex il-bidwi jikkontrolla l-annimal fejn jimxi waqt li jahrat.
Bexxiexa
Kentenitur biex jitferrex l-ilma madwar il-pjanta.

Bir Hofra fejn jinhazen l-ilma taht l-art, normalment li jingabar mix-xita.
Ċiek Kien jintuza biex jinfetah il-qoton
Derriesa
Tintuza biex jigi separat iz-zerriegha tac-cereali mill-izbul u z-zokk. Giet ivvintata 1786. Illum jezisti makkinarju avvanzat li kapaci jahzen kwantitajiet ta’ zrieragh filwaqt li z-zkun jigi ppostjajt biex jingabar bhala ghalf ghall-bhejjem.

Flixkun tal-Bexx
Tintuza biex jitferrex ilma, fertilizzant jew kontroll ta’ infestizzjoni fil-gardina jew bitha. Jintuza ghal tahlita zghira.

Furkettun 

Furkettun b’2 sinniet
Jintuza biex tinqala l-patata. F’certu nhawi ta’ Malta jghidu Fekrun ukoll.
Furkettun bi 3 sinniet 

Ġelem
Tintuza biex igizzu n-nghag

Gharbiel
Jintuza biex jintaghzel materjal ta’ hxuna differenti, e.g. biex jitnehha zrar mill-hamrija, biex jintghazel il-qamh, biex tintaghazel zerriegha ohra.

Għatla Ara Bastun tal-moħriet
Għud
Kien jintuza biex jinhasad il-qamh.

Ġiebja Struttura mibnija biex jinhazen l-ilma, normalment li jingabar mix-xita jew inkella li jittella minn spiera bir-reddiena.
Ġolġol
Jintuza ma ghonq in-naghag u annimali ohra biex timmarka l-prezenza taghhom.

Grass Cutter
Makkinarju modern biex jinhasad il-haxix, jintuza flok Mingel jew Ghud.

Habel
Il-habel jintrabat mal-barmil biex jittella l-ilma.

Kazzola tal-Ġardina
Tintuza biex tmexxi xi pjanti zghar, tirranga xi hamrija. Tinstab f’diversi qisien u forom.

Kief Zokk b’forma ta’ kullana li kien jintliebes ma ghonq il-baghad u mieghu jintrabat l-moghzieq, xatba jew makkinarju iehor biex jigbed warajh.
Lexxuna
Tip ta’ mghazqa hafifa u dejqa li tintuza ghall-inqix manwali.

Magna tad-dris
Ara Derriesa

Manka
Pajp imkebbeb li jintuza biex jitwassal l-ilma mill-pompa sal-pjanti

Mannara
Il-mannara tintuza biex jinqataw xi zkuk hoxnin.

Mgħażqa
Mghazqa tintuza biex tinhadem il-hamrija bl-idejn. Hawn diversi forom ta’ mghazaq u uhud ghandhom imijiet partikolari bhal Lexxuna, Fekrun, Furkettun u Zappun.

Minġel
Il-mingel jintuza biex jinqasad il-haxix. Ghandu manku zghir allura il-bidwi jrid ibaxxi. Dan jintuza l-aktar biex tinhasad xi roqgha zghira. L-ghud jintuza ghal xoghol iktar fit-tul, bhal hsid ta’ qamh. Illum il-grass cutter sar aktar popolari.

Mqass taz-zabra
Jintuza biex jinqatghu frieghi u bghula minn mas-sigar. Certu mqassijiet taz-zabra jigu bi xfafar differenti specjalment ghal certu tilqim. Difficli jintuza fuq frieghi ehxen minn 2cm. F’dak il-kaz tintuza serrieqa.

Mus
Il-mus ghandu diversi uzi fl-ghalqa. Biex jigi mmarkat prodott ghaz-zerriegha, biex jinqataw certu prodotti, biex jigu rrangati brokk ghat-tilqim. Jinghalaq meta ma jintuzax u jinzam fil-but.

Mus tat-tilqim
Il-mus tat-tilqim jintuza specifikament fit-tilqim tas-sigar biex tifraq il-qoxra, biex tinqata l-ghajn, traqqaq il-brokk. Kun cert li l-mus tat-tilqim ikun imsinn sewwa biex iz-zokk u l-cambium jinqataw b’tarf perfett minghajr hajt.
Mutur tal-Ħart
Jintuza biex tingirif jew tinhadem l-art biex trattab u tinghata l-arja lill-art, fl-istess hin jitnehha haxix hazin. Mutur tal-hart jista jiehu accessorji biex taghmel radda, tinzera jew tinqala patata, jithawwel xi xitel etc.
Mutur tal-Inqix
Tintuza biex tinghata l-arja l-hamrija, titnehha nebbieta u certu mudelli jinstaw jintamawlhom accessorji biex tinborga ukoll.

Pajp Bil-Friefet
Jintuza ghas-saqwi biex jissumula x-xita, allura jwaqqa nida minn fuq l-ucuh. Tista tilhaq arja specifika u tnaqas l-ammont ta’ pajpijiet qalbi l-prodotti.
Pajp Tad-dripp
Jintuza biex jitwassal l-ilma mill-pompa (giebja) sal-pjanti f’ammonti precizi u allura tnaqqas il-hela.
Pala
Pala biex thaffer l-isfel fil-hamrija, tintuza biex issir il-hofra fejn ser tigi imhawwla xi sigra. Gieli jintuza z-zappun ukoll.

Pala Catta
Pala biex terfa demel mill-munzell, biex jitferrex id-demel jew biex jigi merfugh xi materjal irqiq iehor.
Pompa tal-Bexx
Tintuza biex jitferrex ilma, fertilizzant jew kontroll ta’ infestizzjoni fil-gardina jew bitha.

Pompa tal-Bexx Manwali
Pompa tal-Bexx tithaddem bl-idejn.

Pompa tal-Bexx tat-trattur
Pompa tal-Bexx li tingarr fuq Trattur. Diversi forom u qisiem biex jilhqu aktar prodotti f’inqas hin.

Pompa tal-ilma
Jittella l-ilma minn bir ghal distanza fil-vicin. Jista jithaddem ma drip irrigation. Il-pressa ma tkunx wahda kbira u allura tajjeb isir kalkolu sewwa tal-ilma li ghaddejj fid-drip.

Pompa tal-Ilma Industrijali
Tintuza biex jittella ilma minn spiera, jew biex jingarr f’distanza twila. Pressa b’sahhitha biex iddawwar ammont ta’ friefet u numru ta’ ferghat ta’ drip irrigation fl-istess hin.

Qlugħ tal-Patata (Trattur)
Titqabbad ma’ trattur biex tiffacilita l-qlugh tal-patata mill-harija. Il-makkinarju jinzel taht il-hamrija, jerfaha fuq sprall tal-hadid u filwaqt li l-hamrija titfarrak, il-patata tibqa tiela sa ma taqa fuq il-hamrija. Hekk tibqa fil-wicc u tkun tista tingabar b’aktar facilita’. Makkinarju avvanzat jahzen il-patata go kannestri u xkejjer kbar li jingarru wara t-trattur.

Raddiena tal-ilma Kienet tintuza biex jittella l-ilma minn spiera u jinhazen ‘l fuq mill-art go giebja.
Seeder tal-Patata
Tintuza ma mutur tal-hart jew trattur biex tinzera l-patata b’mod semi jew awtomatiku.

Serrieq awtomatiku
Jintuza biex jinqataw xi zkuk hoxnin ta’ sigar li mietu jew li nqalaw mill-hamrija. Jista jintuza ghal-zabra ta’ sigar kbar.
Serrieqa
Jintuza biex jinqataw xi xkuk ta iktar minn pulzier u zkuk xotti ohra sa hxuna li tippermetti l-qies tas-serrieqa u s-sahha tal-bidwi.

Sienja
Kien jintuza biex jittella l-ilma minn bir jew spiera. Il-bhejjem kienu idawwru s-sienja fil-waqt li bramel kienu jinzlu fil-bir u jtellaw l-ilma ghal go giebja jew sieqja ohra.

Sikka (mutur tal-ħart)
Tintuza bhala accessorju tal-mutur tal-hart biex isir gandott jew sieqja fil-hamrija.

Sikka tal-Patata (mutur tal-ħart)
Tintuza bhala accessorju tal-mutur tal-hart biex tinqala l-patata mill-hamrija

Spiera Spiera naturali jew imhaffra fejn jingabar ilma mix-xabgha tal-hamrija jew fil-vina tal-blat.
Trattur
Mekkinarju ta’ certu sahha biex jigu kkultivati l-ucuh tar-raba. Jiehu diversi accessorji biex l-ucuh jithaddmu b’aktar facilita. Insibuh uzat ghall-hrit, bis-sikka, biex jinzeraw jew jithawwlu ucuh, biex jingabru prodotti, jitpoggew tunnels, tinborga l-hamrija u accessorji ohra skont l-immaginazzjoni tal-bidwi u l-prodott li jkun ikabbar. Jezistu qisien differenti.

Trattur Zgħir
Trattur Zghir (ara trattur)
Zappun
Jintuza biex tithaffer il-hamrija biex issir radda, sieqja, konka tas-sigar jew xi hofra moderata biex tithawwel xi sigra zghira.
