Aglaonema
Isem Tekniku: Aglaonema
Isem bl-ingliż: Chinese Evergree
Isem bl-ingliż: Chinese Evergree
Familja: Araceae
Aglaonema, Buqari, Dieffenbachia
Klassifikat: Pjanti ta’ Ġewwa
Informazzjoni: Hemm diversi tipi ta’ Aglaonema, magħrufin madwar 40 speċi fir-razza tal-Araceae. Din il-pjanti hija ideali għal postijiet ġewwa d-dar, saħansitra f’postijiet bħal kmamar tal-banju. Jekk il-post magħżul huwa mudlam, importanti li tal-inqas darba kull tlett ġimgħat tiġi esposta fid-dawl għal xi ħin. Importanti li l-pjanta ma tieħux xemx diretta.
Huwa mportanti li l-pjanta tibqa umduża, u għalhekk naqra’ktar attenzjoni hija bżonnjuża fis-sajf.
Importanti li din il-pjanta ma tittiekilx minħabba sustanzi velenużi li jinsabu fiha.
Kura
Tnissil: Bil-biċċa (Stem cuttings) jew anke billi tinqasam.