Stefanotis

Stefanotis

Isem Tekniku:
Isem bl-ingliż: Madacascar Jasmine

Klassifikat: Pjanti ta’ Barra

Informazzjoni: Din hija l-aktar pjanta magħrufa mir-Razza ta’ Stefanotis. L-iStefanotis hija magħrufa ħafna għar-riħa tal-fjuri bojod li jdumu miftuħin ġmielu. Ir-riħa tixbaħ ħafna lil tal-Ġiżimin, għalkemm m’għandhomx x’jaqsmu ma xulxin.

Ħu ħsieb li l-pjanta tkun f’post mdawwal sewwa, pero’ mhux f’xemx diretta. Peress li hija pjanta li tixxeblek, importanti li tagħmlilha support, fil-waqt li huwa kritiku li ma ċċaqlaqx il-pjanta waqt li tkun bil-fjuri għalhiex jistgħu jaqgħu.

Saqqi regolari Marzu – Settembru, speċjalment jekk tkun bil-fjuri. Tista tagħti sustanzi tipo NPK 18-5-23. Sabiex ikollok pjanta sabiħa mimlija fjuri, huwa mportanti li fix-xitwa, Ottubru – Frar, tħalli l-pjanta tistrieh sewwa.

Fir-rebbiegħa iżbor sewwa biex tħeġġeġ il-pjanta tarmi aktar fjuri, kif ukoll neħħi kull tip ta zkuk nexfin, u orbot l-kumplament sewwa mas-support.

Informazzjoni tnissil minn żerriegħa

Teżisti l-possibilita’ li tkabbar din il-pjanta minn żerriegħa.   Dan isir f’dawn il-kundizzjonijiet:

Temperatura:      18-19ºC

Ħamrija: kemm tgħatti bil-peat u ħalli umdu.

Jiem biex tinbet: 30-90 ġurnata

Kura

Tnissil: Bil-biċċa (Stem cuttings)

Gonna Maltin Plant Database – e-Volve Internet Services – Last Updated:11/09/2019 14:15

2 thoughts on “Stefanotis”

  1. Pingback: Anonymous
  2. Pingback: Anonymous

Comments are closed.