Sfajġel / Sfarġel

Sfajġel / Sfarġel

Isem Tekniku: Cydonia oblonga
Isem bl-ingliż: Quince
Speċi Regolata skont S.L.549.64 ixjah minn 50 sena go ODZ UCA

Familja: Rosaceae
Bambinella, Frawli, Għajn Baqar, Ħawħ, Lanġas, Naspli, Prunji, Settembrina, Sfajġel / Sfarġel, Tuffieħ

Klassifikat: Siġar tal-Frott

Informazzjoni: L-isfajġel, għandu diversi użu. Għalkemm it-togħma tal-frotta hija kemm xejn morra, bosta nies jużawha biex jagħmlu ġamm jew marmalade. Jintuża ukoll għat-togħma ma tuffieħ misjur.

Minbarra hekk, il-frotta għandha xi użu mediku.

Fost il-bdiewa s-siġra tal-isfajġel tintuża biex jitlaqqam Bambinella, lanġas u tipi simili.

Iz-zokk jista jitħawwel u mseqqi għal ħabta ta’ Diċembru biex tnissel siġar simili.

Nutrizzjoni
Qsub, nejjin
Ilma: 83.80 g
Enerġija: 57 kcal
Proteina: 0.40 g
Lipidi totali (xaħam): 0.10 g
Karboidrat, skont id-differenza: 15.30 g
Fibra, dieta totali: 1.9 g
Kalċju, Ca: 11 mg
Ħadid, Fe: 0.70 mg
Manjesju, Mg: 8 mg
Fosfru, P: 17 mg
Potassju, K: 197 mg
Sodju, Na: 4 mg
Żingu, Zn: 0.04 mg
Vitamina Ċ, aċidu askorbiku totali: 15.0 mg
Thiamin: 0.020 mg
Riboflavin: 0.030 mg
Niacin: 0.200 mg
Vitamina B-6: 0.040 mg
Folate, DFE: 3 µg
Vitamina A, RAE: 2 µg
Vitamina A, IU: 40 IU
Aċidi grassi, saturati totali: 0.010 g
Aċidi grassi, monounsatirati totali: 0.036 g
Aċidi grassi, polinesaturati totali: 0.050 g

Measures by USDA
Kura

Kundizzjonijiet: American plum line pattern virus (Artificjali),Anarsia lineatella (Accidentali),Apple chlorotic leaf spot virus (Mhux Maghruf),Susa tal-Frott (Baxx),Grapholita molesta (Baxx),Monilinia fructicola (Accidentali),Operophtera brumata (Mhux Maghruf),Quadraspidiotus perniciosus (Baxx)

Riċetti
Ġamm ħelu mill-isfargel
(Source: http://www.simplyrecipes.com/recipes/quince_jam/)
Ingredjenti
1kg Sfargel, maħsul, maħkuk (neħħi żerriegħa)
1lt Ilma
4 magħref meraq tal-lumi
1 magħrfa qxur tal-lumi
4 tazzi zokkor

Metodu
1) Aħsel l-isfargel u aqsmu min-nofs. Hokku sa ma jkollok sitt tazzi.
2) Għalli l-ilma go kazzola, zid l-isfargel mahkuk, meraq tal-lumi u qxur. Baxxi n-nar u ħalli għal 10 minuti.
3) Zid iz-zokkor u erga zid in-nar. Hawwad sakemm jinhall iz-zokkor u baxxi ghal temperatura medja bejn 30 u 50 minuta sakemm jiehu kulur fir-roza.
4) Itfa go flixken sterilizzati.

Aktar Riċetti – More Recipes

Gonna Maltin Plant Database – e-Volve Internet Services – Last Updated:11/09/2019 14:15
Spread the love