Qaqoċċ

Qaqoċċ

Isem Tekniku: Cynara scolymus
Isem bl-ingliż: Artichokes

Familja: Asteraceae
Artiċoks, Ċikwejra, Dalji, Ħass, Kromb il-baħar, Limonju, Qaqoċċ, Tfiefa, Żinja

Klassifikat: Ħxejjex

Informazzjoni: Il-Qaqoċċ ta’ Malta jinghad li jikber dejjem fiz-zmien tal-Gimgha l-Kbira ghax jigi affettwat mill-qamar. Hemm diversi modi ta’ kif tikkonsma l-Qaqoċċ pero certi li l-iktar popolari hija dik tal-Qaqoċċ mimli. Il-Qaqoċċ fih ammont gholi ta’ fibra, vitamina C, folic acid, potassa, kalcju, hadid u fosfru.

Il-Qaqoċċ jibda jarmi gheruq godda minn taht, u jekk dan jithalla f’temp ta’ ftit snin jibda jiffolla. Hawn min kull tlett snin jifirqu u jithawwel mill-gdid. Bicca gherq bizzejjed biex titla pjanta, zokk ta’ zewg pulzieri normali jinqasam fi tlieta per ezempju.

Elementi Fibra, Folic Acid, Potassju, Fosfru, Melħ, Żingu, Protejina

Iddiskuti Qaqoċċ fil-Grupp

Nutrizzjoni
Water: 84.94 g
Energy: 47 kcal
Protein: 3.27 g
Total lipid (fat): 0.15 g
Carbohydrate, by difference: 10.51 g
Fiber, total dietary: 5.4 g
Sugars, total: 0.99 g
Calcium, Ca: 44 mg
Iron, Fe: 1.28 mg
Magnesium, Mg: 60 mg
Phosphorus, P: 90 mg
Potassium, K: 370 mg
Sodium, Na: 94 mg
Zinc, Zn: 0.49 mg
Vitamin C, total ascorbic acid: 11.7 mg
Thiamin: 0.072 mg
Riboflavin: 0.066 mg
Niacin: 1.046 mg
Vitamin B-6: 0.116 mg
Folate, DFE: 68 µg
Vitamin A, RAE: 1 µg
Vitamin A, IU: 13 IU
Vitamin E (alpha-tocopherol): 0.19 mg
Vitamin K (phylloquinone): 14.8 µg
Fatty acids, total saturated: 0.036 g
Fatty acids, total monounsaturated: 0.005 g
Fatty acids, total polyunsaturated: 0.064 g
Kura

Tnissil: Bl-gheruq f’Awwissu
Biz-zerriegha f’Settembru

Żergħa(Fil-Ħamrija)
Settembru

Taħwil
Awwissu

Ġbir
Jannar, Frar, Marzu, April
Bexx
Diċembru

Kundizzjonijiet: Bemisia tabaci (Baxx),Tomato spotted wilt virus (Baxx),Tomato spotted wilt virus (Baxx)

Gwida Annwali

Riċetti
Qaqoċċ mimli

Ingredjenti

Metodu
Ħalli l-Qaqoċċ fl-ilma bil-lumi għal xi 12-il siegħa.
Għafas il-Qaqoċċ biex jirtab u jinfetħu l-weraq.
Tista taqta l-parti tal-ponta tal-weraq.
Lesti taħlita ta’ ħobż, żebbug, kappar, tursin, tewm, incova. Qatta kollox żgħir u imla bejn il-weraq tal-qaqoċċ.
Itfa go dixx bl-ilma u aħmi għal madwar siegħa.

Pesto tal-Qaqoċċ

Ingredjenti

Metodu
Għalli l-Qaqoċċ għal madwar siegha u ħalli jibred.
Aqsam il-Qaqoċċ f’erbgħa u nehhi l-qlub biex nużawhom ghal pizza jew nerfawhom fiż-żejt.
Igref il-weraq wahda wahda u żomm il-laham li jinqala biss. Il-weraq migruf m’ghandiex bzonnu iktar.
Wara li tigref il-weraq kollu, mal-laħam tal-qaqoċċ żied kappar, żebbug, incova u naqra żejt taż-żebbuga, qatta żgħir u ħallat.
Għalli għagin u wara li jsir ħallat it-taħlita tal-qaqoċċ mal-għagin.

Ħut għall-Vegans

Ingredjenti

Metodu
Għalli l-qaqoċċ għal madwar siegħa u ħalli jibred. (Tista tuza tal-bott)
Aqsam il-qaqoċċ f’erbgħa u neħħi l-qlub (il-weraq tista tuzaħ ghall-Pesto tal-qaqoċċ)
Ħalli il-qaqoċċ joqtor u dawwarhom fid-dqiq.
Lesti pagna biż-żejt jagħli.
Aqbad il-Qaqocc bid-dqiq u għoddoshom go taħlita tal-Batter, u itfa fiż-żejt jgħali.
Servi ma patata moqlija.

Aktar Riċetti – More Recipes

Gonna Maltin Plant Database – e-Volve Internet Services – Last Updated:10/09/2019 07:13