Ħarruba

Ħarruba

Isem Tekniku: Ceratonia siliqua
Isem bl-ingliż: Carob Tree
Speċi Regolata skont S.L.549.64 ixjah minn 50 sena go ODZ UCA

Familja: Fabaceae
Albizja, Caesalpinia, Ċiċri, Fażola Bajda, Fażola Ħadra, Fażola Soya, Fażola Tixxeblek, Fiġġiela ħamra, Ful, Ħarruba, Karawett, Legumi, Piżelli, Qrenpuċ, Silla,

Klassifikat: Siġar Oħra

Informazzjoni: Il-Harruba hija sigra indigina li tikber pjuttost minghajr hafna kura fil-gzejjer Maltin. Il-mizwet tal-Harrub huwa l-iktar popolari mal-gulepp u mal-karamelli li nsibu ghall-bejgh fil-purcizzjoni tal-gimgha l-kbira.

Barra minn hekk, iz-zerriegha li nsibu gewwa l-mizwet kien fl-antik jintuza bhala uzin zghir hafna. Fil-fatt, il-kelma “carat” gejja min dan. Gawhra ta 24 karat tizen daqs 24 zerriegha. Dan minhabba li z-zerriegha tal-harrub hija identitika u ftit li xejn tvarja bejn wahda u ohra. Ghalkemm biz-zmien instab li hemm varjazjoni fil-piz taz-zerriegha minn naha ghal ohra tal-mediterran, gie stabbilit li karat huwa ekwivalenti ghal 200 milligramma.

Iddiskuti Ħarruba fil-Grupp

Kura

Kundizzjonijiet: Bagrada hilaris (Baxx),Bemisia tabaci (Baxx),Tomato spotted wilt virus (Baxx)

Riċetti
Gulepp tal-Harrub(Source: https://goodfoodeveryday.wordpress.com/2014/06/14/how-to-make-mediterranean-carob-syrup/)

2kg Harrub
2ltrs ilma
4kg Zokkor
1kuccarina msiemer tal-qronfol
1kuccarina vanilla
1kuccarina kannella mithuna

1) Ahsel il-harrub fl-ilma
2) Ixwihom ghal madwar 40 minuta f’temperatura ta 150C (tahraqhomx)
3) Wara li jibred, aqsam kull mizwet f’3 bicciet jew aktar
4) Itfa l-harrub fl-ilma ghal lejl u ghalli ghal siegha
5) Ghaddi l-likwidu minn passatur u ghafas il-mizwet ha johrog kemm jista jkun ilma u sugu
6) Zid iz-zokkor, imsiemer tal-qronfol, vanilla u kannella mal-likwidu u ghalli ghal madwar 90 minuta. Iktar ma ddewmu iktar l-gulepp jigi maghqud.
7) Halli jibred u ahzen go vazetti sterilizzati
Iddiskkuti l-gulepp

Aktar Riċetti – More Recipes

Gonna Maltin Plant Database – e-Volve Internet Services – Last Updated:09/09/2019 22:52