Basal

Basal

Isem Tekniku: Allium cepa
Isem bl-ingliż: Onions
Speċi Regolata skont S.L.85.03 Esportazzjoni

Familja: Allium
Basal, Kurrat

Klassifikat: Ħxejjex

Informazzjoni: Il-basal huwa meqjus fost l-eqdem medicinali minhabba li jikkombatti l-batteri u infezzjonijiet. Il-basal isfar barra sulfat fih ukoll quercertin filwaqt li basal ahmar fih anthocyanin li jikkombatti l-elementi tossici go gisimna.

It-tkabbir tal-basal huwa pjuttost popolari, fosthom minhabba li ma jridx kwantita kbira ta’ ilma. Min statistika tal-NSO 2005 jirrizulta li sa 80% tal-produzzjoni tal-basal ma nghatax ilma hlief tax-xita. Barra minn hekk l-istatistika turi l-importanza tal-uzu ta’ fungicida biex tipprotegi il-wicc. L-iktar fungicida popolari fl-istharrig kienet il-“Mancozeb”. Dan jinbiegh bhala dawn il-prodotti “Penncozeb, Trimanoc, Vondozeb, Dithane, Manzeb, Nemispot, and Manzane.”

Kwart tal-produzzjoni inghatat erbicida biex jikkontrollow in-nebbieta, fejn l-aktar erbicida popolari kienet “Trifluralin” pero dan gie mwaqqaf fl-EU mill-20 March 2008. Il-Linuron kien t-tieni aktar erbicida pero din ukoll mhux approvata mill-EU, u dan huwa pjanat li ma jinbieghx iktar fis-snin li gejjin.

Fin-nuqqas ta’ ricerka sistematika, inhallu f’idejn l-utenti biex jfittxu l-ahjar erbicida mic-centri agrarji favoriti taghhom.

Membru tal-Facebook Grupp taghna l-process li jhaddan hu biex ikabbar il-basal (jista jkun li mhux kulhadd jimxi ma din is-sistema)

1 Jannar/Frar taghzel l-isbah basal u tazzu ghaz-zerriegha.
2 Ghal Awissu kif il-fjura (bond) tibda tiftah u tinxef taqta l-fjura biex tigor iz-zerriegha.
3 Ghal Settembru tlesti il-hmimel u tizra zerriegha.
4 F’Dicembru/Jannar tibda taqla ix-xitel u thawlu wahda wahda (8 pulzieri ‘l bod).
5 Ghal Frar tibda tnaqqi halli izzommu nadif mil-haxix u thalilhu l-art ratba biex ihaxxen
6 Ghal Gunju/Luju tibda taqalaw (Hawn min ihallieh sa San Bert).

Barra minn hekk hawn prattici li wara Mejju ma jisseqqiex iktar biex izomm iktar. Importanti ukoll li l-bond li jaghmel il-basal tal-kcina jinqata u nhallu l-bond tal-basal li huwa ghaz-zerriegha biss.

Elementi Ilma Quercetin Anthocyanin

Iddiskuti Basal fil-Grupp

Nutrizzjoni
Basal, nej
Ilma: 89.11 g
Enerġija: 40 kcal
Proteina: 1.10 g
Lipidi totali (xaħam): 0.10 g
Karboidrat, skont id-differenza: 9.34 g
Fibra, dieta totali: 1.7 g
Zokkor, totali: 4.24 g
Kalċju, Ca: 23 mg
Ħadid, Fe: 0.21 mg
Manjesju, Mg: 10 mg
Fosfru, P: 29 mg
Potassju, K: 146 mg
Sodju, Na: 4 mg
Żingu, Zn: 0.17 mg
Vitamina Ċ, aċidu askorbiku totali: 7.4 mg
Thiamin: 0.046 mg
Riboflavin: 0.027 mg
Niacin: 0.116 mg
Vitamina B-6: 0.120 mg
Folate, DFE: 19 µg
Vitamina A, IU: 2 IU
Vitamina E (alfa-tokoferol): 0.02 mg
Vitamina K (philloquinone): 0.4 µg
Aċidi grassi, saturati totali: 0.042 g
Aċidi grassi, monounsatirati totali: 0.013 g
Aċidi grassi, polinesaturati totali: 0.017 g

Measures by USDA

Kura

Tnissil: Żerriegħa mill-bond tal-Basal. Il-bond jigi minn basal fit-tieni sena tieghu.

Żergħa(Fil-Ħamrija)
Settembru, Ottubru, Diċembru, Jannar

Żergħa(Fil-Kenn)
Novembru

Taħwil
Settembru, Diċembru, Jannar

Ġbir
Ġunju, Lulju
Bexx
Frar, Marzu, April

Kundizzjonijiet: Delia antiqua (Baxx),Delia antiqua (Gholi),Ditylenchus dipsaci (Gholi),Frankliniella occidentalis (Accidentali),Helicoverpa armigera (Baxx),Iris yellow spot virus (Gholi),Meloidogyne naasi (Baxx),Puccinia allii (Mhux Maghruf),Puccinia allii (Mhux Maghruf),Urocystis colchici (Baxx),Urocystis colchici (Gholi),Sadid (Mhux Maghruf)

Gwida Annwali

Gonna Maltin Plant Database – e-Volve Internet Services – Last Updated:12/09/2019 12:47
Spread the love