Kappar

Kappar

Isem Tekniku: Capparaceae
Isem bl-ingliż: Caper

Familja: Capparaceae
Kappar

Klassifikat: Ħxejjex

Informazzjoni: Il-kappar hija maghrufa sew f’pajjizna fejn sa ftit snin ilu konna nsibuha ma kull xaqq fis-swar u bini antik ta’ pajjizna. Il-kappar popolari mal-hobza maltija u ma diversi ricetti Maltin ohra.

Il-kappara titrasforma ruha mill-kappara kif nafuha fil-kcina, ghal fjura, tohrog il-misluta mimlija zerriegha li titnixxef ghaz-zerriegha. Ir-rata ta’ tnissil miz-zerriegha hija pjuttost baxx. Tnissil bil-bicca jidher iktar success. Bejn Dicembru u Frar aqta fergha minn kappara b’zokk tas-sena ta’ qabel u aqtaw kull tlett ghekiesi. Bill fir-rooting powder u hawwel…zomm niedi sa April.

Iddiskuti Kappar fil-Grupp

Kura

Tnissil: Biz-zerriegha sucess baxx jew bil-bicca.

Żergħa(Fil-Ħamrija)
Marzu

Żergħa(Fil-Kenn)
Jannar

Taħwil
Diċembru, Jannar, Frar

Ġbir
Mejju, Ġunju, Lulju

Gwida Annwali

Riċetti
Kappar Priservat
Aqta l-kappar, idealment ma jkunx kbir imma illum il-gurnata sar jintuza anke l-imsielet f’xi ricetti. jekk ikollok qisien differenti ghazel skont id-daqs u jekk ikun ftit ikbar halli ftit iktar fis-salmura.
Ahsel il-kappar bl-ilma.
Prepara salmura, bil-metodu favorit tieghek, bil-kejl jew tradizzjonalment ilma bil-melh u bajda titla f’wicc l-ilma.
Nehhi xi weraq, insetti u xi frak iehor li seta ngabar mall-kappar. Hawn min ma jhallix zokk twil, biz-zmien dan hafna drabi jaqa xorta.
Itfa l-kappar fis-salmura u dawwru kuljum ghal gimgha.
Wara gimgha nehhi l-kappar mis-salmura u itfa fil-hall ghal xi 6 gimghat.

Kappar jintuza f’diversi ricetti ohra bhal
Ftira Maltija (Ftira bit-tadam imhawwra bil-kappar, gbejniet, gardiniera, fazola, bigilla)
Kapunata (ara Brungiel)

Aktar Riċetti – More Recipes

Gonna Maltin Plant Database – e-Volve Internet Services – Last Updated:09/09/2019 22:56
Spread the love