Fil-waqt li l-bdiewa imhabbtin bis-saqwi u bil-bexx, in-nisa u t-tfal ta’ dari kienu jaghtu daqqa t’id biex jingabar il-kappar. Mill-bidu ta’ Mejju jtawwal sahansitra sa Lulju, diversi persuni kienu jerhula lejn postijiet maghrufa ghas-sigar tal-kappar biex b’pacenzja kbira jimlew kontenituri bil-kappar. Iktar ma jkun zghir il-kappar, iktar jaghti toghma kbira lir-ricetta li jintuza fih wara li jghaddi mill-process ta’ priservar.
Il-kappar normalment jinhasel, imbaghad jitpogga go ilma bil-melh (salmura-brine) ghal madwar tlett ijiem. Wara dawn it-tlett ijiem il-kappar jitnehha mis-salmura u jitpogga fil-hall ghal diversi gimghat.
Fl-imghoddi, il-kappar ftit li xejn kien jinxtara minn ghand tal-merca, minflok kont tara xi mara b’xi barmil taz-zingu mimli kappar f’id wahda, u b’xi oggetti f’idha l-ohra bhall-kejla biex timla l-vazetti tal-fuhhar jew tal-hgieg gewwa r-Rahal.
Illum qajla ghadek issib nies jigbru l-kappar, iktar u iktar rari tara xi hadd ibiegh il-kappar, ghax dan illum issibu s-sena kollha f’kull Supermarket. Madankollu huwa cert li l-Maltin ghadhom jghazlu kappar Malti minkejja l-influenza ta’ prodotti barranin.